Gowl mill-isbaħ ta’ Eric Dier minn freekick dirett ma kienx biżżejjed għall-Ingliżi, hekk kif Vasili Berzutski ġab id-draw fl-aħħar minuti tal-logħba li sfortunatament ittappnet minn ġlied kemm barra kif ukoll fil-grawnd.

– L-Ingilterra fetħu l-iskor f’kull waħda mill-aħħar 5 logħbiet li bihom fetħu l-esperjenza tagħhom fil-fażi finali tal-EURO. Madankollu tilfu l-punti f’kull waħda minn dawn (3 draws u 2 telfiet).
– L-Ingilterra qatt ma rebħu l-ewwel logħba tagħhom fil-fażi finali tal-EURO (5 draws u 4 telfiet).
– Eric Dier ma ppruvax xutt wieħed dirett minn freekick f’65 logħba fil-Kampjonat Premier.
– Eric Dier hu t-8 plejer ta’ Tottenham li skurja għall-Ingilterra, iktar minn kull klabb ieħor.
– Fl-ewwel taqsima l-Ingilterra taw 9 xuttijiet kontra r-Russja. L-iktar sa mill-2004 (11 kontra l-Kroazja) fl-ewwel taqsima ta’ logħba fil-fażi finali.
– B’età medja ta’ 25 sena u 293 ġurnata, l-ewwel 11 tal-Ingilterra kellhom it-tieni l-iżgħar skwadra li qatt użaw fil-fażi finali ta’ kull kompetizzjoni internazzjonali wara l-25 sena u 206 ġurnata tat-Tazza tad-Dinja 2002 kontra l-Iżvezja.