Fetħet investigazzjoni ġdida fil-konfront ta’ Inter u Milan, akkużati b’falsifikar tal-bilanċ fil-kontijiet tal-klabbs rispettivi.
L-investigazzjoni ddur madwar l-eks Direttur Maniġerjali ta’ Milan, Adriano Galliani, u l-President ta’ Inter Erick Thohir fejn qed ikunu investigati tranżazzjonijiet li saru fil-passat ma’ Genoa.
Fost it-tranżazzjonijiet hemm dawk li saru fl-2013 bejn Milan u Genoa (żewġ trasferimenti) u Inter u Genoa (trasferiment wieħed) fejn jidher li l-valutazzjoni tal-plejers kienet esaġerata. Jidher li dan sar biex il-klabbs rispettivi jaġġustaw il-bilanċ ekonomiku.
Oriġinarjament kollox beda f’Ġenova, iżda issa l-investigazzjonijiet għaddew għand il-prosekutur ta’ Milan minħabba kwistjonijiet ta’ ġuriżdizzjoni territorjali.
Sors: Il Corriere della Sera
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com