Sforz is-sitwazzjoni reali ta’ bħalissa qisna erġajna qisna morna lura fis-snin disgħin meta konna naraw lit-tim Juventin jitħarreġ u jilgħab il-logħob ta’ qabel il-bidu tal-istaġun ġewwa l-Italja u mhux fl-Amerika, iċ-Ċina jew f’Singapore.
Għaldaqstant il-logħba ser tintlagħab fiċ-ċentru sportiv ġewwa l-Continassa f’Turin fl-10.30 ta’ filgħodu u ser tintwera live fuq Sky Sport Serie A, JuventusTV, u fuq il-websajt tal-klabb.
Hija xi ħaġa rari ħafna li logħba ta’ ħbiberija tintlagħab il-Ħadd filgħodu u fil-ħin li ser tintlagħab, biss din kienet daqshekk interessanti li ssir f’dan il-ħin? Forsi din ser tkun xi realtà ġdida għal logħba tal-ballun? Nistennew u naraw.
Juventus vs Novara hija l-ewwel partita vera għal Andrea Pirlo bħala kowċ. Disgħin minuta li fihom mhux se jkun importanti li naraw kemm ser jiġu skurjati gowls imma skemi tattiċi u plejers ġodda għall-ewwel darba bil-flokk Juventin. Speċjalment f’nofs il-grawnd nistennew lil Arthur u McKennie u fuq quddiem lil Kulusevski ma’ Ronaldo.
Dybala u Bernardeschi, min-naħa l-oħra, mhux se jkunu hemm għax bħal De Ligt u Khedira jinsabu indisposti. Nistennew rotazzjonijiet abbundanti u esperimenti tattiċi fid-dawl tal-ewwel tal-kampjonat, il-Ħadd li ġej ma ‘Sampdoria.
Formazzjoni (3-5-2):
Szczesny
Alex Sandro – Bonucci – Chiellini
Danilo – Cuadrado – McKennie – Rabiot – Ramsey
Kulusevski – Ronaldo