It-tim nazzjonali Taljan tan-nisa se jkun qiegħed fi grupp diffiċli fit-Tazza tad-Dinja li ser issir is-sajf li ġej fi Franza, wara l-poloz li telgħu matul il-ġurnata tas-Sibt.

L-Italja, taħt it-tmexxija tal-eks kowċ tal-Brescia Milena Bertolini, se jkunu qegħdin fi Grupp Ċ kontra l-Awstralja, il-Brażil u d-debuttanti tal-Ġamajka.

Juventus Women għandhom nukleu ta’ plejers li se jkunu qegħdin mal-Azzurre, fosthom il-captain Sara Gama u Barbara Bonansea. Barra minn hekk, hemm anke Martina Rosucci li bħalissa tinsab barra minħabba injury twila iżda qed tittama li tilħaq tidħol qabel Mejju tal-2019.

Sors: Il Corriere dello Sport

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280