Jiem ta’ stennija għal A.C. Milan hekk kif UEFA ħabbret b’mod uffiċjali li s-soċjetà Taljana ġiet differita għal quddiem il-kamra arbitrali biex tittieħed deċiżjoni dwar sanzjonijiet fil-konfront tal-klabb.

Dan hekk kif instab li Milan kisru kemm il-Financial Fair Play kif ukoll il-ftehim li sar mal-UEFA qabel il-bidu tal-istaġun li għadu kif intemm. UEFA ħabbret li Milan kisru b’mod partikolari l-‘break-even rule’, jiġifieri ma rnexxilhomx jqabblu l-ħruġ mad-dħul finanzjarju.

“Il-Kamra ta’ Investigazzjoni hi tal-parir li għad hemm inċertezzi fuq il-finanzjament tas-self miksub minn A.C. Milan kif ukoll fuq il-ħlas mill-ġdid tal-obbligi finanzjarji sa Ottubru tal-2018.”

Deċiżjoni mistennija matul Ġunju. Aktarx li l-klabb jirċievi multa li kapaċi tlaħħaq l-€20 miljun imma hemm riskju wkoll li l-klabb jitwaqqaf milli jsiru trasferimenti jew saħansitra esklużjoni mill-kompetizzjonijiet Ewropej.

Sors: UEFA/Milan News

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280