Iċ-Ċeki rkupraw żvantaġġ doppju meta b’gowls ta’ Milan Škoda u Tomáš Necid kisbu draw prestiġġjuż ta’ 2-2 minn fuq il-Kroazja. Dawn tal-aħħar kienu marru fil-vantaġġ minn Ivan Perišić u Ivan Rakitić bil-partitarji tagħhom iwasslu wkoll għall-interruzzjoni tal-partita.

– Qabel din il-logħba, 6 mit-8 gowls tar-Repubblika Ċeka u l-Kroazja f’logħob kontra xulxin kienu skurjati fl-ewwel taqsima.
– Ir-Repubblika Ċeka kellhom 10 xuttijiet kontrihom fl-ewwel taqsima. Dan hu l-ikbar ammont li qatt qalgħu fl-ewwel taqsima ta’ logħba tal-EURO.
– Il-gowl ta’ Milan Škoda kien l-ewwel wieħed skurjat bir-ras minn plejer tar-Repubblika Ċeka fil-EURO wara dak ta’ Jan Koller kontra t-Turkija fl-2008.
– Din kienet l-ewwel darba li r-Repubblika Ċeka sofrew iktar minn gowl f’logħba tal-EURO sa mit-telfa ta’ 4-2 kontra l-Ingilterra fl-EURO 2004.

dical-banner-1200×280