Wara kull plejer hemm storja, u dak li għaddej minnu l-Interista Davide Santon xejn mhu mument sabiħ.
Fir-rebħa ta’ Juventus fuq Inter kellu wkoll parti sew mit-tort, liema tort wassal biex in-Naplitani nfexxew f’sensiela ta’ theddid ta’ mewt fil-konfront tiegħu u ta’ familtu. Dan minbarra theddid mill-Interisti stess.
F’messaġġ li kitbet martu, tiddikjara li fl-istess waqt li missierha għaddej minn esperjenza ta’ kanċer, “għall-ewwel darba f’ħajti ninsab imbeżżgħa li nkun waħdi d-dar ma’ binti. Għandna nies jissuġġerulna biex inkunu ċerti li sakkarna sew il-bibien ta’ darna.”
Sors: IFTV
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com