Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar li laħaq ftehim ma’ M. Bugeja Travel Ltd, tal-Fgura, biex kull membru li jitla’ ġurnata Sqallija ma’ din l-aġenzija tal-ivvjaġġar igawdi minn skont.

B’dan il-ftehim, il-membri li jippreżentaw tessera tas-sħubija valida meta jibbukkjaw, se jaraw tnaqqis ta’ €5 mill-prezzijiet diġà kompetittivi offruti.

M. Bugeja Travel jinsabu fi Triq Hompesch, il-Fgura, u joffru wkoll diversi tours oħra fosthom għas-swieq tal-Milied fil-Ġermanja, fl-Awstrija, fi Praga u fi Vjenna.

Minbarra dan l-iskont, il-membri jgawdu wkoll minn skontijiet ta’ 15% minn Il Carciofo Restaurant 10% mill-istabbilimenti kollha ta’ Eurosport, mingħand Mark’s Toy Shop tal-Ħamrunmingħand Football Point, minn Stylish Bahtroomsbe.Hotel u Fornelli Restaurant u minn Black Box Pro kif ukoll mingħand Ambassador Service StationAntonio’s Barber ShopElectrical Supplies and Services LimitedSHN Solutions u Global Safety Malta biex b’hekk is-sħubija mal-klabb ikollha dejjem iżjed valur.