Il-midfielder ta’ Lazio Senad Lulić qed jirriskja wara attakk razzjali fuq l-avversarju Antonio Rüdiger.

Lulić jinsab akkużat li rrefera għall-plejer ta’ Roma, li għandu ġilda skura, bħal “bejjiegħ tat-triq li jbigħ il-kalzetti u ċ-ċintorini.” L-iskop tal-attakk ta’ Lulić jidher li hu ritaljazzjoni għal kummenti ta’ Rüdiger qabel id-derby ta’ Ruma, li ntlagħbet ilbieraħ.

F’kummenti lil Mediaset Premium, Lulić qal li l-avversarju tiegħu “sa sentejn ilu kien fit-triq, fi Stuttgart, ibigħ il-kalzetti u ċ-ċintorini, u issa jaħseb li hu fenomenu.”

Sors: Mediaset Premium

dical-banner-1200×280