Crotone jilqgħu lil Juventus għal logħba li kellha tintlagħab f’Diċembru iżda ġiet posposta. Dawn huma xi kurżitajiet b’rabta ma’ din il-logħba:
1. Juventus u Crotone ltaqgħu darbtejn, fis-Serie B, fl-istaġun 2006/07. Dakinhar, taħt it-tmexxija ta’ Didier Deschamps, Juventus rebħu 3-0 (fi Crotone) u 5-0 (f’Turin);
2. Juventus alternaw rebħa u telfa fl-aħħar sitt logħbiet barra minn darhom. L-aħħar logħba away, Juventus rebħu kontra Sassuolo;
3. Crotone rebħu biss tliet logħbiet f’dan l-istaġun, kollha f’logħob f’darhom;
4. Crotone qalgħu gowl f’21 minn 22 logħba fis-Serie A. Juventus skurjaw f’21 logħba minn 22 f’dan l-istaġun;
5. Juventus qalgħu biss gowl fl-aħħar sitt logħbiet tal-kampjonat, kontra Fiorentina;
6. Juventus hi l-inqas skwadra b’xuttijiet lejn il-lasta fil-kampjonat (56 xutt) mentri Crotone hi l-iktar skwadra b’134 xutt lejn il-lasta tagħhom;
7. Juventus bl-aqwa attakk fl-ewwel kwarta tal-logħba (10 gowls) iżda Crotone qalgħu biss gowl fl-istess perjodu, f’Settembru kontra Atalanta;
8. Juventus rebħu l-aħħar ħames logħbiet li ntlagħbu l-Erbgħa, li fihom l-iskwadra qalgħet biss gowl;
9. Gianluigi Buffon hu l-uniku plejer li lagħab iż-żewġ logħbiet l-oħra kontra Crotone. Chiellini lagħab biss ir-ritorn, f’Turin;
10. Mill-iskwadra ta’ Crotone, hu biss Djamel Mesbah li skurja kontra Juventus. Fi Frar 2011 skurja għal Lecce.
Sors: Tuttosport
Ħalli Kumment