26 ultrà ta’ Atalanta ġew arrestati matul investigazzjoni dwar it-teħid u t-traffikar tad-droga kemm barra kif ukoll fi Stadio Atleti Azzurri d’Italia.

Il-Pulizija qed tinvestiga 41 persuna oħra wara li għall-aħħar xhur kienet qed tinterċetta u kisbet provi permezz ta’ cameras moħbija dwar ċirku ta’ kriminalità li fost l-oħrajn kien jinvolvi wkoll Serb u Albaniż.

F’każ minnhom, il-Pulizija ddokumentaw serqa bi vjolenza fuq persuna li kien qed iwassal id-droga, kif ukoll estorsjoni fil-konfront ta’ persuni li jabbużaw mid-droga iżda ma kellhomx biex iħallsu.

L-investigazzjonijiet bdew f’Settembru 2015 u nstab li t-teħid u t-traffikar tad-droga kien qed isir f’bars madwar il-grawnd, bl-abbuż isir kemm fit-toilets tal-bars kif ukoll, f’ċerti każi, anke fit-toilets tal-grawnd stess.

Dawk arrestati mistennija jaffaċċjaw akkużi ta’ traffikar tad-droga, estorsjoni, serq u reżistenza għall-arrest.

Sors: Sportmediaset

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280