Juventus waslu biex jikkonkludu t-trasferiment ta’ wieħed mill-iktar attakkanti promettenti fl-Ewropa, Francisco Trincão, mingħand il-Portugiżi ta’ Sporting Braga. Hu għad għandu 19-il sena iżda jilgħab b’mod regolari ma’ Braga B u mal-U19s tal-Portugall.

L-akkwist mistenni jiswa lill-klabb ta’ Turin ċifra ta’ €2 miljun għas-self tiegħu, b’talba ta’ €13-il miljun oħra biex ikun akkwistat b’mod permanenti. Trasferiment li mistenni jsir possibbli wkoll grazzi għall-aġent tiegħu, Jorge Mendes.

Imma min hu Francisco Trincão?

1. Jilgħab bħala attakkant u jiżen 69 kilo b’tul ta’ 184 ċentimetru. Kapaċi jilgħab f’kull pożizzjoni tal-attakk, inkluż mal-linji u bħala trekwartista. Tant hu hekk li fl-Euro U19 irnexxielu jgħaqqad tliet assists u b’persentaġġ tajjeb ta’ tqassim tal-ballun b’suċċess;

2. Meta kellu biss 16-il sena, Sporting Braga offrewlu kuntratt professjonali bi klawżola ta’ €30 miljun. Somma li ħafna qiesu bħala esaġerata għal plejer ta’ dik l-eta;

3. Jitqabbel ma’ diversi plejers ta’ livell. Mistoqsi speċifikament dwar dan, Trincão ddikjara li jidentifika ruħu l-iktar ma’ Riyad Mahrez ta’ Manchester City;

4. Bħal kważi kull plejer żagħżugħ ieħor mill-Portugall, l-idolu tiegħu hu Cristiano Ronaldo, u issa se jkollu ċ-ċans li jilgħab fl-istess skwadra tiegħu. Jgħid ukoll li għandu passjoni għal Neymar, iżda l-ħolma hi li jilgħab fil-Premiership tal-Ingilterra;

5. Fuq Instagram għandu kważi 15,000 follower, bil-maġġoranza tar-ritratti juruh mat-tfajla Tatiana Martins.

Sors: Tuttosport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280