Staġun 1992-93. Jibda l-istaġun il-ġdid u fl-ewwel logħba tal-kampjonat, Juventus jaffrontaw lill-Cagliari barra minn darhom.

Fis-sajf, il-klabb minn Turin għamel investiment f’numru ta’ plejers ġodda biex tissaħħaħ l-iskwadra li kienet f’idejn Giovanni Trapattoni.

L-akkwisti ġodda tal-Bianconeri kienu jinkludu lid-difensur żagħżugħ Moreno Torricelli, lill-plejers ta’ nofs il-grawnd Dino Baggio u David Platt u l-attakkanti Andreas Moeller, Fabrizio Ravanelli kif wkoll l-aktar akkwist li sewa flus lill-klabb dak is-sajf, jiġifieri Gianluca Vialli li jingħaqad mal-Juve mingħand Sampdoria.

Insegwu filmat ta’ din il-logħba li fetħet il-kampjonat ta’ erbgħa u għoxrin sena ilu.

Filmat : Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese

dical-banner-1200×280