Juventus mistennija jdaħħlu €16-il-miljun mill-bejgħ ta’ Simone Zaza lil Valencia u €21 miljun ta’ Kingsley Coman lil Bayern München.
Fl-Ingilterra huma ċerti li dawn il-flus se jkunu investiti mill-ġdid fis-suq tat-trasferimenti, preċiżament fuq il-winger ta’ 28 sena Alexis Sanchez, attwalment plejer ta’ Arsenal.
Il-kuntratt ta’ Alexis Sanchez ma’ Arsenal jiskadi f’Ġunju tal-2018 u jidher li mhux lest li jġedded il-kuntratt mal-klabb Ingliż, fejn jaqla’ €6 miljun f’paga.
Juventus mistennija jonfqu wkoll ċifra qrib l-€40 miljun (inklużi bonuses) għal Corentin Tolisso ta’ Lyon.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






