Id-Direttur Sportiv ta’ Valencia, José Ramón Alesanco stqarr li l-klabb Spanjol se jiffirma lill-attakkant ta’ Juventus Simone Zaza.

“Zaza hu ass importanti għal Valencia, jiġri x’jiġri. Fi tmiem dan l-istaġun ikun fadallu erba’ snin oħra ma’ Valencia u rridu noħorġu l-aqwa tiegħu, ” iddikjara Alesanco li kompla li l-plejer jagħmel lid-diriġenti Spanjoli kuntenti fi tmiem kull logħba.

S’issa Valencia nefqu €2 miljun biex ħadu l-plejer b’self u b’obbligu li t-trasferiment isir permanenti għal €16-il miljun wara numru ta’ logħob.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280