Il-ftehim li mistenni jwassal għall-bejgħ ta’ A.C. Milan ikompli jiġi pospost, iżda issa dettalji ġodda dwar dawk li suppost ikunu s-suċċessuri ta’ Silvio Berlusconi huma ferm iktar inkwetanti minn dan.

Dan hekk kif fiċ-Ċina kien żvelat li Yonghong Li, li mistenni jmexxi l-investituri ġodda ta’ Milan u jieħu post Silvio Berlusconi, fi tmiem is-snin 90 qarraq bi 18,000 persuna li bejniethom tilfu madwar €100 miljun.

Yonghong kien imexxi l-kumpanija Sanda Zhuangyuan flimkien ma’ missieru Naizhi Li u l-aħwa Hongqiang Li u Yongfei Li. Dawn tal-aħħar ilhom mill-2004 maħruba wara li qorti kkundannathom għal sentenza ta’ ħabs minħabba li nstabu ħatja li serqu lil tant nies.

Kumpanija oħra b’rabta ma’ Yonghong Li, Long Gu International, jidher li kienet involuta f’firma falza li wasslet għal qbil biex bejn it-Tajlandja u ċ-Ċina jsir kanal artifiċjali b’valur ta’ $85 miljun. Iż-żewġ pajjiżi spiċċaw jiċħdu dan il-ftehim.

Sors: Shanghai Zhengquan

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.  

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280