Il-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis ammetta li xtaq lil Massimiliano Allegri qabel dar għall-għażla ta’ Rafael Benítez.
“Qabel Benitez, fil-verità xtaqt lil Allegri. Għalih kelli mħabba assoluta meta kien qed imexxi lil Milan u darba minnhom issuġġerejtlu jiġi magħna,” qal De Laurentiis.
Kompla li lil Allegri ċempillu għal tliet xhur sħaħ. “Kull darba kien jgħidli biex nistenna, u għalhekk dorna fuq Benítez, iltqajt miegħu f’Londra u għoġobni. Deher Naplitan, simpatiku, stedinni biex nieklu flimkien u ffirmajna l-kuntratt.”
Kompla li mar-ritorn tiegħu f’Ruma, Allegri ċempillu u qallu li kien disponibbli. “Dakinhar kien tard wisq.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment