Qabel bdiet il-partita tat-tieni leg bejn Arsenal u Bayern Munich, dawk is-sapporters Ġermaniżi li kienu preżenti fl-Emirates Stadium ipprotestaw rigward il-prezzijiet għoljin biex tidħol tara l-logħba.

Is-sapporters Ġermaniżi wrew banner fejn kellu miktub ‘Without fans football is not worth a penny’ li tfisser li l-futbol mingħajr is-sapporters jispiċċa u jmut. Eżatt kif bdiet il-partita l-istess sapporters bdew iwaddbu rollijiet bojod li kkaġunaw lir-referee jwaqqaf il-partita għal ftit minuti u l-plejers innifishom inaddfu l-grawnd.

Din ma kinitx l-ewwel darba li s-sapporters ta’ Bayern urew id-disapprovazzjoni tagħhom rigward il-prezzijiet tal-grawnd għaliex meta ż-żewġ timijiet lagħbu kontra xulxin fl-2015, kienu użaw l-istess banner u għamlu l-ewwel ħames minuti barra mill-istands.

Sors: Daily Mirror

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280