Il-President ta’ Inter Erick Thohir, li hu wkoll President tal-Kumitat Olimpiku Indoneżjan (KOI), impenjat fl-organizzazzjoni tal-Logħob Asjatiku, ġie kkuntattjat mill-investigaturi b’rabta ma’ inkjesta dwar każi ta’ korruzzjoni.
Mill-Indoneżja, stqarrija tgħid li Thohir hu trankwill u lest li jikkollabora, wara li s-Segretarju Ġenerali tal-KOI Dody Iswandi u t-Teżorier Anjas Rivai ntbagħtu l-ħabs xhur ilu.
Madankollu, fi stqarrija Inter ħabbru li dwar il-President tagħhom mhix għaddejja xi investigazzjoni.
Sors: Sky Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment