Il-kowċ ta’ Roma Luciano Spalletti mistenni jħalli lil Roma fi tmiem dan l-istaġun.
Il-futur tiegħu kien inċert fl-aħħar jiem, bil-kuntratt ta’ Spalletti li jiskadi f’Ġunju li ġej u s-sitwazzjoni bejnu u d-diriġenza kompliet tiggrava.
Bid-diriġenza ta’ Roma li kienet qed timmira li matul dan l-istaġun l-iskwadra tirbaħ għall-inqas unur, dan jidher diffiċli wara t-telfiet kontra Lazio fil-Coppa Italia u Lyon fl-Europa League.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






