Nhar il-Ġimgħa li ġej ġewwa l-Juventus Stadium, Juventus se jkunu qed jaffrontaw lil AC Milan f’konfront validu mit-28 partita tal-Kampjonat. Fil-weekend li għadda Juventus kabbru l-vantaġġ fuq Roma wara li dawn ta’ l-aħħar tilfu kontra Napoli u Juventus kisbu draw barra minn darhom kontra Udinese.

-> Juventus jinsabu fil-kmand tas-Serie A bit-total ta’ 67 punt bi 8 punti vantaġġ fuq Roma filwaqt li Milan jinsabu fis-seba’ post b’50 punt. L-objettiv ewlieni ta’ dawn tal-aħħar huwa li jikkwalifikaw għall-Uefa Champions League.

-> Juventus huma t-tielet l-aħjar attakk fis-Serie A fejn skurjaw 56 gowl, 2 u 6 inqas minn Roma u Napoli rispettivament. Milan skurjaw biss 40 gowl f’27 partita.

-> Il-Bianconeri huma l-aħjar difiża tal-kampjonat fejn sofrew 18 il-gowl biss għal kontra ta’ Milan fejn sofrew kważi d-doppju, 30 gowl.

-> Minn 27 partita, 13 minnhom Juventus żammew cleansheet filwaqt li l-avversarji mill-istess ammont ta’ partiti żammew 9 cleansheets.

-> Juventus f’dan l-istaġun huma rinomati li jiskurjaw bejn is-60 u l-75 minuta bit-total f’persentaġġi huwa ta’ 26.8% filwaqt li Milan għandhom l-ikbar persentaġġ fejn ihobbu jiskurjaw bejn il-75 u d-90 minuta bit-total ta’ 25%.

-> L-ikbar rebħa ta’ Juventus f’dan l-istaġun fil-Kampjonat kienet irreġistrata kontra Cagliari fil-Juventus Stadium bl-iskor ta’ 4-0 filwaqt li l-ikbar rebħa tar-Rossoneri kienet barra minn darhom kontra Empoli bl-iskor ta’ 1-4.

-> L-aqwa skorer fil-Kampjonat għal Juventus huwa Gonzalo Higuaín li skurja total ta’ 19-il gowl filwaqt li għal Milan l-aħjar skorer huwa il-Kolombjan Carlos Bacca bit-total ta’ 11-il gowl.

-> Minn 27 partita, ironikament kienet fil-logħba kontra Milan biss li Juventus ma rnexxilhomx isibu x-xibka filwaqt li f’6 okkażjonijiet biss li Milan ma skurjawx.

-> Fil-partita tal-ewwel rawnd li ntlagħbet is-Sibt, 22 t’Ottubru tas-sena l-oħra, Milan kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku li rebbaħ il-partita kien skurjat minn Manuel Locatelli fejn b’xutt stupend għall-anglu tax-xibka għeleb lil Buffon.