Il-midfielder ta’ Borussia Mönchengladbach Mahmoud Dahoud fil-passat seta’ jkun Juventin għaċ-ċifra miżera ta’ €230,000. Dan kien fl-2013.
Madankollu, prestazzjonijiet mill-aqwa kemm mal-klabb kif ukoll mat-tim nazzjonali tal-Ġermanja wasslu għal lista sħiħa ta’ klabbs interessati fih.
Dahoud hu segwit ħafna minn Fabio Paratici, u Juventus offrew €12 miljun, li ġiet rifjutata. Issa mistennija offerta ta’ €15-il miljun mingħand Borussia Dortmund imma l-plejer hu mixtieq minn oħrajn, bħal Liverpool.
Fil-passat Dahoud kien viċin li jingħaqad ma’ Juventus, tant li l-familja tiegħu kienet f’Turin, żaru ċ-ċentru sportiv u saħansitra ltaqgħu mal-idolu tal-plejer, Arturo Vidal. Madankollu, dakinhar it-trattattiva falliet.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






