Il-kowċ ta’ Milan Vincenzo Montella kien ċar fi kliemu fi tmiem il-logħba kontra Juventus meta ddikjara li hu jippreferi jitkellem fuq il-futbol, milli fuq ir-referees.

“Għalkemm diffiċli, nippreferi ma nitkellimx fuq ir-referees. Ejja nħalluhom jieħdu d-deċiżjonijiet b’mod trankwill, u meta jiżbaljaw inħalluhom fil-paċi. Nittama biss li jekk tiġri favurina ma jinqalax paniku sħi],” iddikjara Vincenzo Montella.

Kompla wkoll li l-polemika ma sservi għalxejn, għaliex fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni tkun ittieħdet.

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280