Momo Sissoko, eks midfielder ta’ Juventus, mill-ġdid jinsab bla kuntratt.

Dan wara li l-plejer sar jaf li ma kienx se jibda l-logħba kontra Trapani u b’suppervja ddeċieda li ma jitlax fuq il-kowċ mal-kumplament ta’ sħabu.

Wara l-logħba, Sissoko xolja l-kuntratt tiegħu mal-klabb li kien iffirma għalih fis-17 ta’ Frar.

Sors: Gianluca Di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280