Il-plejers u d-diriġenti ta’ Milan għamlu diżastru sħiħ fil-locker room li tilqa’ lill-avversarji ta’ Juventus fil-Juventus Stadium.
Dettalji ppubblikati minn ġurnali Taljani juru kif l-avversarji qerdu xi għamara u żewġ simboli li jirrappreżentaw it-titli mirbuħa minn Juventus matul is-snin.
Il-ħajt imbagħad tħażżeż bil-kliem ‘Ladri di Merda’, proprju fuq il-parti fejn wieħed isib il-kampjonati tal-2005 u l-2006.
Milan mhux talli ma skużawx ruħhom għal dak li għamlu l-plejers u d-diriġenti tal-klabb,talli saħansitra akkużaw lil Juventus bi provokazzjoni għax inkludew dawn it-titli revokati.
Sors: Goal/Il Corriere della Sera
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






