Il-captain tat-tim ta’ Napoli Marek Hamšík ikkonferma li t-tim tiegħu qed jimmira għat-tieni post fis-Serie A u jinsab ħerqan għaż-żewġ logħbiet f’temp ta’ ftit jiem ma’ Juventus f’April.

“Wara d-diżappunt kontra Real Madrid, ma kinitx faċli li nibqgħu konċentrati. Kontra Crotone wrejna karattru u akkwistajna t-tliet punti. Id-distakk ma’ Roma huwa ta’ żewġ punti biss u aħna bħala tim qed nimmiraw biex nakkwistaw it-tieni post li jfisser kwalifikazzjoni diretta fil-Uefa Champions League.”

“Ninsabu ħerqana wkoll fuq iż-żewġ logħbiet fi ftit jien ma’ Juventus f’April. Se jkunu żewġ logħbiet tajbin li għandhom is-sinifikat tagħhom rispettiv.”

Sors: Football Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280