Rapporti fl-Italja qed isostnu li Juventus qed isegwu bir-reqqa lill-plejer taċ-Champions Ingliżi, Riyad Mahrez.

Dan tal-aħħar kien wieħed mill-protagonisti fis-suċċess tal-istaġun li għadda li wassal biex Leicester jiġu nkurunati Champions tal-Ingilterra.

Id-direttur ta’ Juventus Giuseppe Marotta jidher li qed ifittex plejer laterali offensiv. Fl-aħħar jiem ma’ Juventus issemmew ukoll it-Taljan Bernardeschi u l-Brażiljan Douglas Costa għaliex dawn iż-żewġ plejers jilagħbu fil-pożizzjoni mixtieqa minn Marotta.

Fl-istaġun li għadda Mahrez skurja 17-il gowl u pprovda 11-il assist iżda f’dan l-istaġun skurja biss erba’ gowls u għamel assist wieħed.

Sors: Football Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280