Il-Viċi President ta’ Juventus Pavel Nedved għadda l-kummenti tiegħu eżatt wara li Juventus telgħu bil-polza biex jaffrontaw lil Barcelona fil-kwartifinali tal-Uefa Champions League. Huwa sostna li Juventus huma lesti biex jaffrontaw dan l-ostaklu li jmiss u sostna li Juventus għandhom il-materjal biżżejjed biex javvanzaw. Nedved ġie mistoqsi wkoll jekk mhux qed jaħsbu rigward vendetta għat-telfa fil-finali tal-2015 kontra l-Katalani.
“Onestament ma tantx qed naħsbu rigward vendetta jew le. Se jkunu żewġ logħbiet sbieħ ħafna kontra wieħed mill-aħjar timijiet fl-Ewropa. Irridu nkunu ottimisti u nemmnu fina nfusna, naf li għandna biex navvanzaw u se nagħmlu l-aħjar li nistgħu u min ikun l-aħjar fiż-żewġ logħbiet javvanza. Din l-isfida waslet fil-ħin opportun biex nara l-avvanz li għamel dan it-tim.”
“Jien naqbel ma’ dak li qal Trapattoni, li Juventus għanda tkun konxja mill-qawwa tagħha u taffaċċja kull ostaklu li jiġi quddiemha. Bla dubju għandna nuru rispett kbir lejn Barcelona però żgur li huma jridu jagħmlu l-istess lilna.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment