Il-Viċi President ta’ Inter, il-leġġenda Javier Zanetti sostna li meta Paulo Dybala kien għadu ma’ Palermo, Inter kienu viċin li jakkwistaw lill-istilla Arġentina.

“Meta Dybala kien għadu plejer ta’ Palermo, aħna konna viċin ħafna li nakkwistawh iżda fl-aħħar mill-aħħar ma rnexxilniex u wara mar ma’ Juventus. Għalkemm qed jilgħab mal-eqreb rivali tagħna xorta waħda bqajna nammirawh. Dak li jagħmel mat-tim Nazzjonali Arġentin huwa xi ħaġa eċċezzjonali u nispera li jibqa’ sejjer hekk għax żgur se jtina sodisfazzjon.”

Sors: Tuttojuve