L-Onorevoli Marcello Taglialatela, membru tal-Kummissjoni Antimafja li fost l-oħrajn qed tmexxi investigazzjoni fuq Juventus, infexx jgħajjar proprju lill-klabb ta’ Turin.
Intervistat minn Giuseppe Cruciani u David Parenzo waqt il-programm “La Zanzara”, Taglialatela tkellem hekk: “Nieħu gost ngħid Juve merda, minn punt kalċistiku.”
Imbagħad tkellem dwar l-allegati konnessjonijiet bejn il-President Andrea Agnelli u ‘ndrangheta u qal li “min-naħa tas-soċjetà kienet sottovalutata r-rabta bejn il-President ta’ Juventus fir-rwol ta’ reati daqshekk gravi. Jien ma jinteressanix minn piena lil Agnelli. Irrid lil Napoli jegħlbu lil Juventus.”
Imbagħad saħansitra tefa’ iżjed dubji u qal: “Safejn naf jien, ir-referees huma sponsorjati mill-Fiat.”
Sors: Radio 24
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment