Wara li ddikjara li jieħu gost jgħajjar lil Juventus għaliex hu partitarju akkanit ta’ Napoli, il-membru tal-Kummissjoni Antimafja Marcello Taglialatela kompja jattakka lil Juventus.
Mistoqsi jekk iħossx li għandu jitlob skuża, Taglialatela qal hekk: “Mhux se nirtira xejn. Anzi, immur pass oltre. Għalfejn għandi nitlob skuża lil klabb li kien jaqfel lir-referees fil-kmamar tal-banju? Ma neskludix li dak li seħħ fil-passat (Calciopoli) iseħħ ukoll fil-preżent.”
Marcello Taglialatela hu wieħed mill-persuni li suppost ikunu indipendenti, li jifformaw parti mill-Kummissjoni Antimafja li qed tinvestiga allegati konnessjonijiet bejn il-biljetti ta’ Juventus u l-mafja.
“Kont provokat. Saqsewni nikkummenta dwar ritratt li ħadt ħames snin ilu u jien hekk għamilt. Lil min suppost nitlob skuża? Lil klabb li tteħdulu żewġ kampjonati?” kompla Taglialatela.
Sors: Top Calcio 24
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






