F’konferenza stampa lejliet il-partita kontra Juventus, il-plejer ta’ Barcelona Javier Mascherano tkellem fuq l-istess partita fejn tenna li Barcelona jinsabu ħerqana biex jaffrontaw lil Juventus wara li warrbu d-diżappunt tat-telfa kontra Málaga.
“Ninsabu ħerqana biex nilagħbu kontra Juventus għaliex hija xi ħaġa sabiħa li tilgħab fil-kwarti finali ta’ kompetizzjoni bħal din kontra tim bħal Juventus. It-telfa kontra Málaga tfajnieha warajna u l-armonija fit-tim tinsab tajba u nisperaw li nibqgħu biha fil-logħba t’għada. Jekk irridu navvanzaw irridu nilagħbu fiż-żewġ logħbiet u qed nittamaw li nkunu kolletivament tajba u nġibu riżultat pożittiv speċjalment fil-Juventus Stadium.”
“Se nkunu qed nilagħbu kontra tim li huwa b’saħħtu ħafna fil-grawnd tiegħu. L-istatistika turi li huwa diffiċli biex terbħilhom saħansitra anke biex tiskurjalhom, b’hekk irridu nkunu organizzati u nemmnu fina nfusna.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment