Ruma qamet ixxukkjata b’theddida serja fil-konfront tan-nisa ta’ tliet plejers ta’ A.S.Roma.
Dan hekk kif ma’ pont barra l-Kolossew, quddiem l-Amfiteatru Flavio, persuna jew persuni mhux magħrufa dendlu manekkini li jirrappreżentaw lin-nisa ta’ De Rossi, Salah u Nainggolan.
Magħhom il-kitba: “Suġġeriment mingħajr offiża, orqdu bid-dwal mixgħula.”
Kien hemm ukoll ir-raba’ manekkin li madankollu ma kienx imlibbes flokk bħall-kumplament. Mhux magħruf min wettaq dan il-ġest, jekk kinux partitarji ta’ Roma rrabjati bit-telfa tad-derby, jew dawk tar-rivali eterni Lazio.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com