L-eks plejer ta’ Inter u tat-tim Nazzjonali Taljan Marco Materazzi sostna li l-goalkeeper numru wieħed ta’ Juventus Gianluigi Buffon ħaqqu verament li jirbaħ il-Ballon d’Or.

Materazzi qal li kieku ma tkunx taf kemm għandu età Buffon, żgur li ma tindunax li qiegħed viċin it-tmiem tal-karriera tiegħu.

“Jekk Juventus jirbħu ċ-Champions League nkun kuntent ħafna għal Buffon. Fl-opinjoni tiegħi Buffon għadu validu daqs kemm kien fit-Tazza tad-Dinja tal-2006, fejn anke konna nbatu biex niskurjawlu fit-taħriġ. Apparti li nixtiequ jirbaħ iċ-Champions League, naħseb wasal iż-żmien u ħaqqu verament jirbaħ ukoll il-Ballon d’Or.”

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280