A.C. Milan iddominaw u għelbu lil Alessandria bi skor ta’ 5-0 fit-tieni leg tas-semi finali tal-Coppa Italia, biex b’hekk għaddew b’aggregate ta’ 6-0.

Wara l-gowl ta’ Mario Balotelli fl-ewwel leg, illum kien imiss lil Jeremy Menez (doppjetta), Alessio Romagnoli (doppjetta) u Mario Balotelli li ssiġillaw il-passaġġ għall-finali tal-Coppa Italia.

B’hekk Milan issa jistennew il-logħba ta’ għada bejn Inter u Juventus biex jaraw min se jkun l-avversarju tagħhom. Inter għandhom għadma iebsa ħafna biex jaqilbu riżultat ta’ 3-0 favur Juventus fl-ewwel leg.