Il-President ta’ Crotone Raffaele Vrenna ammetta l-fatt li qed jittama li t-tim tiegħu jħassar iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Juventus għar-rebħ tal-kampjonat nhar il-Ħadd li ġej.
Crotone rebħu ħames partiti mill-aħħar seba’, għadhom fiċ-ċans li jsalvaw u żgur li se jagħmlu minn kollox biex jirbħu fil-Juventus Stadium.
“Miż-żewġ logħbiet li jonqosna rridu punt biex inkunu matematikament salvi u qed nittama li nakkwistawh nhar il-Ħadd li ġej fil-Juventus Stadium biex fl-istess ħin inħassru ċ-ċelebrazzjonijiet li Juventus għandhom preparati għar-rebħ tal-kampjonat. Ninsab fiduċjuż ħafna li sena oħra nerġgħu nilagħbu fis-Serie A.”
Sors: Sportmediaset
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com