Fl-Għarabja Sawdita għadha kif saret illegali li wieħed jilbes il-flokk ta’ Barcelona. Min jikser din il-liġi jirriskja multa sa €135,000 u 15-il sena ħabs.

Din il-liġi ġdida ddaħħlet fis-seħħ wara li grupp ta’ pajjiżi (Qatar, Eġittu, il-Jemen u l-Bahrain) waqqfu r-rapporti diplomatiċi mal-Għarabja Sawdita kif ukoll għalqu l-fruntieri mal-istess pajjiż. Dan wara akkużi li l-Għarabja Sawdita qed tiffinanzja lill-ISIS.

Kienet bħala ritaljazzjoni għal din, li fl-Għarabja Sawdita saret illegali li wieħed jilbes il-flokk ta’ Barcelona. Ir-raġuni? L-isponsors fuq il-flokk tal-klabb Spanjol: Qatar Airways.

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280