Il-President ta’ Sevilla Jose Castro ħareġ fil-beraħ b’dikjarazzjoni dwar it-trasferiment possibbli tal-midfielder Steven N’Zonzi lejn Juventus.

“M’għalaqniex il-bieb lil Juventus għaliex forsi dan it-trasferiment jinteressana u nistgħu saħansitra niggwadanjaw minnu,” iddikjara Castro.

Kompla li l-klabb għadu ma tkellimx mal-plejer dwar il-klawżola reċissorja tiegħu. F’Jannar li għadda l-plejer iffirma estensjoni tal-kuntratt sal-2020 bil-klawżola reċissorja tiegħu li telgħet minn €30 miljun għal ċifra li ma tħabbritx uffiċjalment.

Jingħad li Sevilla jridu €40 miljun biex il-midfielder Franċiż iħalli l-klabb.

Sors: El Confidencial

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280