Il-plejer internazzjonali Taljan Leonardo Spinazzola mistenni jibqa’ ġewwa Bergamo għall-istaġun li ġej wara diskussjonijiet pożittivi li kellhom id-diriġenti taż-żewġ klabbs.
Spinazzola kien ingħaqad ma’ Atalanta fl-istaġun li għadda b’self għal sentejn u kien hemm ċans li jiġi lura f’Turin sena qabel.
Il-ġurnalist Gianluca di Marzio sostna li ż-żewġ klabbs kellhom diskussjonijiet u Atalanta jinsabu kunfidenti li Spinazzola se jibqa’ magħhom għall-istaġun li jmiss.
Sors: Gianluca di Marzio
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com