Filwaqt li jidher li Juventus qegħdin javvanzaw fit-taħditiet għal Bernardeschi u Douglas Costa, il-Bianconeri m’abbandunawx il-midfield.
Fost l-iktar ismijiet li ssemmew hemm dawk ta’ Matuidi u N’Zonzi. Magħhom hemm ukoll Emre Can, li f’dawn l-aħħar sigħat żied fil-popolarità mad-diriġenti Juventini.
Can huwa plejer Ġermaniż b’oriġni Torok. It-tul u l-muskoli tiegħu jistgħu jkunu l-arma li Juventus għandhom bżonn biex isaħħu nofs il-grawnd. Liverpool qegħdin jitolbu mhux ħażin għalih, iżda Juventus jistgħu jnaqqsu l-offerta grazzi għall-kuntratt li jiskadi s-sena d-dieħla u n-nuqqas ta’ tiġdid ta’ dan l-istess kuntratt.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com