Din il-ġimgħa li ġejja mistennija tkun waħda impenjattiva għad-duo Beppe Marotta u Fabio Paratici fejn mistennija tkun deċiżiva biex Juventus jagħlqu tliet trasferimenti importanti għal dan is-sajf li huma Wojciech Szczęsny, Douglas Costa u Federico Bernardeschi.
Rigward il-goalkeeper Pollakk jidher li Juventus laħqu ftehim mal-plejer ftit tal-jiem ilu u baqa’ biss li jintlaħaq ftehim ma’ Arsenal rigward is-somma finali tat-trasferiment. Douglas Costa għada mistenni jittrenja mal-kumplament tal-iskwadra ta’ Bayern però mistenni jkun plejer ta’ Juventus fil-jiem li gejjin għalkemm baqa’ biss li l-klabbs jiftiemu rigward dettalji u ċ-ċifri tat-trasferiment.
Fl-aħħar nett rigward Bernardeschi, l-avukat Giuseppe Bozzo qed jaħdem bla waqfien biex jgħin liż-żewġ klabbs jaslu fi ftehim rigward dan il-plejer.
Sors: Gianluca di Marzio
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com