Fl-istess lejl tal-kwalifikazzjoni għall-finali tal-Coppa Italia li għamlu Juventus fuq Inter, il-qawwa Ġermaniża Bayern Munchen sfaw megħluba 2-1 minn Mainz 05 f’darhom.
Hekk kif Juventus jilagħbu kontrihom daqs ġimagħtejn oħra, din it-telfa għall-Bayern waqqfet ir-rekord ta’ numru ta’ rebħiet konsekuttivi fl-Allianz Arena.
Bir-rebħa tal-bieraħ Mainz 05 bagħtu messaġġ lid-dinja kollha li fil-futbol xejn mhu impossibbli. U min jaf, forsi Juventus igawdu wkoll minn din it-telfa?
Sors: Tuttojuve





