Napoli rritornaw fuq Keita Baldé b’offerta lill-President Claudio Lotito.

Jirriżulta li għall-plejer, Aurelio De Laurentiis offra xejn inqas minn €22 miljun bl-iskop li jaħtaf lill-attakkant Senegaliż minn taħt idejn Juventus, li jingħad li offrew somma mhux sodisfaċenti lil Lazio.

Waqt li rapporti fl-Italja qalu li Juventus offrew €25 miljun, Lotito ċaħad u qal li “l-offerta lanqas biss tlaħħaq il-€15-il miljun.”

Madankollu, jingħad li l-plejer wiegħed lil Juventus li jingħaqad magħhom, u qed jirrifjuta kull skwadra oħra.

Sors: Il Messaggero/Il Corriere dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280