Minkejja li kien hemm ftehim bejn Milan, Lazio u Juventus biex ir-Rossoneri jakkwistaw lil Leonardo Bonucci u lil Lucas Biglia, it-trasferiment tagħhom għadu ma seħħx.

Dan għaliex Milan baqgħu ma sabux bank li jagħmlilhom garanzija bankarja għat-trasferiment taż-żewġ plejers. S’issa jidher li l-Banca Popolare di Milano qed jirrifjuta li jkun il-bank li joffri din il-garanzija.

Jirriżulta li Milan fadlilhom tmint ijiem biex isibu garanzija bankarja, u t-trasferimenti jidħlu fis-seħħ. Jekk le, fil-11 t’Awwissu ż-żewġ plejers jirritornaw mal-klabbs preċedenti.

S’issa la Juventus u lanqas Lazio għadhom ma rċevew il-flus. L-Amministratur Delegat ta’ Milan iddikjara li sal-11 t’Awwissu l-kuntratti se jkunu depożitati fil-Lega.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280