Il-midfielder internazzjonali Franċiż Blaise Matuidi għadu fost il-prioritajiet ta’ Juventus u fil-jiem li ġejjin, id-diriġenti Juventini mistennija jkomplu jippressaw biex finalment jakkwistaw il-firma ta’ dan il-plejer.
Fl-aħħar partita ta’ PSG kontra Guingamp, Matuidi daħal fl-aħħar tliet minuti tal-partita, u deher li l-istess plejer kien frustat minħabba din id-deċiżjoni.
La Gazzetta dello Sport sostniet li Juventus se jiffukaw fuq dan il-plejer u jipposponu l-interess tagħhom fi plejers oħra.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com