Il-kumpanija Alba li għandha l-uffiċini tagħha ġewwa San Mark Evanġelista fil-provinċja ta’ Caserta (nofs siegħa ’l bogħod minn Napli) ħolqu reklam provokattiv li permezz ta’ bliċ, suppost jitneħħew it-tbajja’ kollha minn fuq il-ħwejjeġ.
Din il-kumpanija għamlet billboards f’din il-belt u fiż-żoni tal-madwar biex tirreklama dan il-prodott fejn fuq din il-billboard hemm flokk bil-kuluri rinomati ta’ Juventus, l-abjad u l-iswed.
Kelliem għall-kumpanija Alba sostna hekk: “Aħna ninsabu konxji li l-partitarji Juventini mhux se jieħdu gost b’dan ir-reklam iżda nisperaw li ma jibqgħux irrabjati magħna.”
Sors: Corriero dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com