Dak li kellu jkun il-fenomenu ġdid ta’ Inter, jidher li se jibqa’ biss Gabriel Barbosa, u mhux il-Gabigol li ħafna stennew.

Wara staġun diżappuntanti ma’ Inter, hu ntbagħat b’self għand Benfica, iżda hawn mhux biss mhux jiskurja imma wkoll qed jaqla’ l-inkwiet.

Dan hekk kif waqt il-warming up tal-logħba taċ-Champions League kontra Basel, Gabigol spiċċa jargumenta ma’ plejer ieħor fl-istess skwadra: Jardel. Huma kważi ġew fl-idejn.

S’issa Barbosa lagħab biss 60 minuta fit-Tazza tal-Portugall, 13-il minuta fil-kampjonat u 13-il minuta fiċ-Champions League.

Il-Brażiljan għadu ma skurjax u issa saħansitra qed jingħad li l-kuntratt tiegħu b’self se jiġi riżolt biex jirritorna għand Santos minflok.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280