Fl-ewwel kummenti wara r-rebħa kontra Sassuolo, il-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis kien daqsxejn kontroversjali.
Huwa qal li s-sistema tal-VAR hija l-unika mod li tista’ twaqqaf lil Napoli f’dan l-istaġun.
“Il-kampjonat xi darba jew oħra żgur li se jirnexxilna nirbħuh iżda li huwa żgur li bħalissa qed nilagħbu l-aħjar futbol fl-Ewropa. Is-sistema tal-VAR ġiet introdotta f’dan l-istaġun u ma neħodhix bi kbira li jivvintaw xi ħaġa oħra biex jippruvaw iwaqqfuna.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com