Wara logħba ta’ ħbiberija kontra Juventus, il-klabb ta’ LG Trino kellu kliem ta’ tifħir mill-isbaħ fil-konfront taċ-champions tal-Italja.
“Li tilgħab kontra Juventus, f’darhom, tagħmilna onorati u emozzjonati ferm. Minkejja li l-Juventus Center jispikka għall-organizzazzjoni u l-professjonalità tant li anke l-iktar diriġent ta’ esperjenza ma jirnexxilux jaħbi l-emozzjoni tiegħu,” jiddikjara l-klabb.
L-artiklu fuq is-sit tal-klabb ikompli billi jfaħħar il-wiċċ tal-grawnd “inkredibbilment naturali, tant perfett li taħsbu sintetiku u b’kulur mill-isbaħ,” lil Wojciech Szczęsny “li immedjatament juri li hu fuoriclasse kemm bħala bniedem kif ukoll bħala plejer.”
Fi tmiem il-logħba, id-Direttur Sportiv ta’ Trino, Francesco Ristagno, iddikjara li “kienet esperjenza unika u fantastika. Kien unur għalina.”
Sors: LG Trino/La Stampa
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com