L-attakkant ġdid ta’ Roma Patrik Schick iddikjara li kien irrabjat ma’ Juventus meta falla t-trasferiment minħabba problemi f’qalbu.
Filwaqt li ammetta li kellu problema f’qalbu imma “ma kienet xejn serja, xejn ħlief infjammazzjoni,” kompla li r-rabja tiegħu hi għaliex f’Ġunju kien iħoss li sar plejer ta’ Juventus, iktar u iktar wara l-ewwel testijiet mediċi.
“Kien ikkuntattjani wkoll Pavel Nedved. Kollox deher eċitanti. Kont qed inħares ’il quddiem lejn din l-esperjenza. Madankollu, Juventus ipposponew it-trasferiment u wara li ħadt vaganza, avżawni li rrid nagħmel testijiet mediċi oħra. Għidt lill-aġent li mhux interessat, li kienet bdiet taqbiżli, u kont naf li kollox kien inutli,” iddikjara Shick.
Kompla: “Ma kienx għadu jinteressani, kont xi ftit irrabjat. Id-deliberazzjonijiet ma kinux għadhom neċessarji għaliex konna f’nofs Lulju u l-klawżola ta’ €25 miljun kienet se tiskadi. Meta ffirmajt ma’ Roma, ħadt nifs ’il ġewwa għax stajt nikkonċentra fuq il-futbol.”
Sors: Reporter Magazin
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com